L-Isqfijiet Kattoliċi jenfasizzaw l-importanza tal-iskejjel Kattoliċi qabel l-elezzjoni fl-Ingilterra

L-iskejjel tal-Knisja fl-Ingilterra u Wales jistgħu jitilfu l-awtonomija tagħhom

Il-Konferenza Episkopali tal-Ingilterra u Wales esprimiet tħassib tagħha dwar it-tagħlim reliġjuż fil-pajjiż, fid-dawl tal-elezzjonijiet ġenerali li se jsiru dalwaqt.

Fi stqarrija ffirmata mill-Isqof Marcus Stock ta’ Leeds li hu ċ-Chairman tas-Serivzz ta’ Edukazzjoni Kattolika tal-Konferenza Episkopali, l-Isqfijiet insistew dwar il-kontribut li l-edukazzjoni Kattolika tat lis-soċjetà u l-bżonn li din ma tintmessx.

“Bħala komunità[MS1]  reliġjuża, għandna għal qalbna is-sħubija mal-Gvern fil-qasam tal-edukazzjoni kattolika.  Din hi sħubija li ilha sejra 170 sena u l-frott ta’ din is-sħubija huma aktar minn 2,200 skola Kattolika mferrxa mal-Ingilterra u Wales, tant li l-Knisja hi t-tieni l-akbar istitutzzjoni tipprovdi l-edukazzjoni fl-Ingilterra.

“Din il-ħidma kellha success kbir kemm fuq livell ta’ skola u fuq livell pastorali u spiritwali. L-iskejjel Kattoliċi mhux biss kisbu fost l-akbar suċċessi, imma huma l-aktar etnikament diversi għax jaċċettaw ħafna student u jieħdu aktar studenti minn minn pajjiżi fqar aktar milli jieħdu l-iskejjel tal-Gvern.

L-Isqfijiet sostnew li “B’dan il-profil, l-eżistenza tal-iskejjel Kattoliċi fil-pajjiż m’għandiex tkun xi ħaġa kontroversjali.  Imma sfortunament l-affarijiet m’humiex hekk. Hemm numru ta’ organiżazzjonijiet li qed jaħdmu biex fl-Ingilterra ma jibqax skejjel b’karattru reliġjuż jew  inkella għandhom jinbidlu l-kurrkula b’mod  li l-iskejjel Kattoliċi jitilfu l-etho speċifiku tagħhom li jagħmilhom uniċi u ta’ success .

“Issa, aktar minn qatt qabel, ma nistgħux nieħdu l-futur tal-iskejjel Kattoliċi bħala fatt. Bl-elezzjoni ġenerali iminenti u meta l-partiti politiċi qed jitolbu l-appoġġ tagħkom, hu mportanti li nistaqsu lill-partiti politċi jekk humiex lesti jintrabtu dwar il-futur tal-iskejjel tagħna.

“ Hu mportanti li niftakru li jkun min ikun fil-Gvern, kemm jekk ikun partit wieħed u anke jekk tkun koalizzjoni jista’ jagħmel liġijiet li jkollhom impatt fuq l-edukazzjoni Kattolika u fuq il-kurrikulu li fuqu jimxu l-iskejjel Kattoliċi. Irridu nkunu konxji wkoll li xi partiti politiċi għandhom ideat pożittivi dwar l-iskejjel, għandhom politika li tista’ tkun ta’ ħsara għall-edukazzjoni Kattolika, b’mod speċifiku. Għalhekk hu vitali li jkollna risposti ċari mill-partiti politiċi dwar dawn lil-kwestjonijiet:

Prinċipji ewlenin

“Mhux biżżejjed li skola tissejjaħ skola Kattolika.Hemm prinċipji ewlenin li jipproteġu l-ethos ta’ dawn l-iskejjel u l-edukazzjoni distinta li jipprovdu. Fost dawn hemm dak li jkunu jistgħu jagħtu prijorità lil tfal Kattoliċi li jidħlu fl-iskejjel tagħhom, id-dritt tal-Isqof li jaħtar il-maġġoranza tal-gvernaturi tal-iskola, id-dritt li t-tmexxija tal-iskola tkun f’idejn nies Kattoliċi u d-dritt li jgħallmu edukazzjoni teliġjuża.

Edukazzjoni reliġjuża

“L-edukazzjoni reliġjuża hi fil-qalba tal-kurrikulu tal-iskejjel Kattoliċi. 10% tal-kurrikulu hu dedikat għal dan is-suġett u dan hu dixxiplina teoloġika akkademika.  Riċentement kien hemm sejħiet biex l-edukazzjoni reliġjuża titneħħa u minflokha jidħol is-suġġett “Worldviews” f’kurrikulu nazzjonali li jorbot lil kulħadd. Dan mhux biss jibdel in-natura tas-suġġett u jnaqqas l-importanza tiegħu, imma jista’ jirriżulta wkoll li l-Istat kif u x’tgħallem il-Knsija dwar il-fidi Kattolika fl-iskejjel tagħha – ħaġa li hi assolutament inaċċettabbli.

“Il-kapijiet tal-iskejjel tagħna, l-għalliema u l-ħaddiema l-oħra jagħmlu xogħol tal-għaġeb. Irridu nassiguraw li l-partiti politiċi jintrabtu li jgħinu lill-għalliema u l-vokazzjoni tat-tagħlim. Nittamaw li Gvern futur ikompli jagħti appoġġ fil-formazzjoni tal-għalliema Kattoliċi u fl-iżvilupp kontinwu tal-professjoni tagħhom u t-taħriġ.

Relazzjonijiet u edukazzjoni sesswali

“L-edukazzjoni Kattolika hi bażata fuq il-formazzjoni tal-persuna sħiħa. Edukazzjoni sesswali u relazzjoni, mgħallma tajjeb skont l-età tal-istudenti hi parti importanti minn din il-formazzjoni. Aktar importanti minn dan hu d-dritt tal-ġenituri, bħala l-ewwel edukaturi ta’ uliedhom, li jkunu konsultati b’mod sħiħ u jibqalhom id-dritt li joħorġu lil uliedhom minn dawn il-lezzjonijiet.

“Filwaqt li aħna kunfidenti li l-kurrikulu tal-iskejjel Kattoliċi joffri dan it-tagħlim bażat fuq it-tagħlim tal-Knisja u x-xewqa tal-ġenituri, ma ma jistax jingħad għal skejjel oħra. Għalhekk, għal dawk il-ġenituri li ma għandhomx l-għażla li jibgħatu ‘l uliedhom fi skola Kattolika, hu mportanti li dritt tal-ġenitur jibqa’ hemm.

Skejjel Kattoliċi ġodda

“Sa mill-2010 il-Knisja ħtiġilha ssib spazju għal 50,000 student ieħor bla ma setgħet tiftaħ skejjel ġodda.  Bħala komunità irridu nassiguraw li l-partiti politiċi jkunu kommessi li jappoġġjaw il-ftuħ ta’ skejjel Kattoliċi ġodda bla ebda restrizzjonijiet fuq il-proporzjoni ta’ tfal Kattoliċi li jistgħu jdaħħlu fihom.

“Bħala komunità Kattolika aħna pprovdejna skejjel bħala parti mill-impenn tagħna lejn il-ġid komuni tal-komunità u l-edukazzjoni taż-żgħażagħ f’dan il-pajjiż. Għal ħafna snin dawn l-iskejjel rajnihom jiffjorixxu. Issa wasal iż-żmien li nitkellmu għalihom u naqdu d-dmir ċiviku u Kattoliku tagħna biex nassiguraw li dawn ikunu jistgħu jkomplu jiffjorixxu għas-snin li ġejjin”, ittemm l-istqarrija tal-Isqfijiet Ingliżi.


 [MS1]