L-Isqfijiet jilqgħu lill-pubbliku l-ġimgħa d-dieħla

Il-bibien tal-kurja se jkunu miftuħa għal min jixtieq jawgura lill-Arċisqof Charles Scicluna, lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona u lill-Vigarju Ġenerali Monsinjur Joe Galea Curmi.
Din l-attività ta’ kull sena se ssir nhar is-Sibt 30 ta’ Diċembru mill-10:00am sa nofsinhar.
L-Erbgħa ta’ qabel, 27 ta’ Diċembru, l-Isqfijiet u l-Vigarju se jkunu qed jilqgħu lill-awtoritajiet tal-istat u lill-korpi kostitwiti għall-bdil tal-awguri tal-Milied u l-bidu tas-sena l-ġdida. Din l-attività se ssir fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta.
Għall-attività miftuħa għall-pubbliku, minħabba aċċessibbilità, se jinfetaħ il-bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vinċenzo Bugeja.
Dakinhar, fit-30 ta’ Diċembru, l-Arċisqof se jwassal messaġġ lil dawk preżenti.