L-Isqfijiet jawguraw kull ġid u barka lill-PM il-ġdid

Read in English.

L‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed jawguraw kull ġid u barka lill‑Prim Ministru l‑ġdid ta’ Malta, Dr Robert Abela.

L-Arċisqof Charles Scicluna, l-Amministratur Appostoliku ta’ Għawdex Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi awguraw ukoll li l‑ħidma u l‑koperazzjoni bejn il‑Knisja u l‑Istat ikomplu fi spirtu ta’ rispett tal‑awtonomija reċiproka u fi spirtu ta’ kollaborazzjoni għall-ġid komuni.

L‑Isqfijiet appellaw lill‑Insara kollha f’Malta biex jitolbu għal dawn l‑intenzjonijiet.