Elezzjoni Venezwela: Allegazzjoni li ġie mbagħbas t-turnout

Il-kumpanija li pprovdiet is-sistema tal-votazzjoni fil-Venezwela, Smarmatic qed tallega li ġew imbagħbsa l-għadd ta’ nies li vvotaw fl-elezzjoni tal-Ħadd li għadda.
L-Awtoritajiet tal-Venezwela qalu li aktar minn 8 miljun persuna vvutaw madankollu il-Kap Eżekuttiv tal-Kumpanija Smartmatic, Antonio Mugica qal li t-turnout kien ta minn tal-inqas b’miljun persuna anqas. L-Oppożizzjoni wkoll kienet qalet li l-figuri ma kinux korretti.
Mugica qal li għad irid issir awditjar sħiħ ta’ kemm ħarġu nies jivvotaw.
Aktar kmieni l-President Donald Trump qal li l-Istati Uniti se żżomm lill-President tal-Venewela Nicolás Maduro personalment responsabbli għas-sigurtà u l-ħtief ta’ żewġ mexxejja tal-Oppożizzjoni.
Fi stqarrija Trump qal li l-politiċi li qed jinżammu arrestati għandhom jinħelsu.
Iż-żewġ mexxejja tal-Oppożizzjoni Leopoldo López u Antonio Ledezma, li kienu qed jinżammu arrestati f’daharhom ittieħdu l-ħabs ilbieraħ.
Dan wara li l-Ħadd li għadda saret elezzjoni għal assemblea ġdida. L-elezzjoni ssejħet mill-President Maduro u l-għan ewlieni tagħha kien li jsir tibdil lill-Assemblea Nazzjonali, li hija mmexxija mill-Oppożizzjoni, billi jsiru emendi kostituzzjonali.
Minkejja dan, l-Oppożizzjoni bbojkottjat din l-elezzjoni, u magħha ngħaqdu anki l-Istati Uniti, il-Messiku, il-Kolombja, il-Paragwaj, Spanja, il-Kanada u r-Renju Unit.
Is-Sibt li għadda 41.5% tal-votanti eleġibbli fil-Venezwela ħarġu jivvutaw, f’pajjiż li għandu madwar 19.5 miljun votant reġistrat.
Il-Venezewela ilha għaddejja sa minn April bi protesti kontra l-President Nicolas Maduro, b’aktar minn 100 persuna jħallu ħajjithom.
Ġimagħtejn ilu l-Oppożizzjoni organizzat elezzjoni mhux uffiċjali, li għaliha ħarġu jivvutaw kważi 7 miljun persuna, b’98% minnhom kontra r-riformi proposti tal-Gvern ta’ Maduro.
Intant l-Isqfijiet Kattoliċi tal-Venezwela jemmnu wkoll li l-l-Gvern tal-President Nicolas Maduro jrid jerfa’ r-responsabbiltà tal-10 persuni li nqatlu nhar l-elezzjoni tas-Sibt li għadda sabiex jiġi elett parlament ġdid, filwaqt li ma rrikonoxxux ir-riżultat tal-elezzjoni.
Il-Kardinal ta’ Caracas, Jorge Urosa Savino, enfasizza l-unanimità fil-qbil tal-isqfijiet li ma jħaddnux ir-riżultat, u spjega kif il-vot tas-Sibt ma jirriflettix ir-rieda tal-poplu Venezwelan.
Temm jgħid li l-Gvern ta’ Maduro jrid jerfa’ r-responsabbiltà tal-10 persuni li nqatlu dakinhar tal-vot. Saħaq li l-president, il-qrati u l-ministri jridu finalment iwieġbu għal dan quddiem Alla.

Ritratt: Protesti fil-Venezwela