Read in English.
Il-kwistjoni dwar jekk Protestanti miżżewġa Kattoliċi jitħallewx jitqarbnu fil-quddiesa f’każi speċjali, għandhom jiddeċiduha l-Isqfijiet individwali u mhux minn Konferenzi Episkopali. Dan qalu l-Papa Franġisku lill-ġurnalisti li kienu miegħu fil-vjaġġ lejn Ġinevra l-ġimgħa li għaddiet.
Waqt dan il-vjaġġ il-Papa kien mistoqsi dwar id-deċiżjoni riċenti li ħa meta talab lill-Konferenza Episkopali Ġermaniża biex ma toħroġx gwida nazzjonali dwar it-tqarbin ta’ dawn il-koppji.
Hu qal li l-linji gwida tal-Isqfijiet Ġermaniżi jmorru ‘l hinn minn dak li tipprevedi l-Liġi Kanonika “u l-problema hemm qiegħda.” Il-Kodiċi Kanoniku ma jipprovdix għal politika nazzjonali imma jipprovdi li l-Isqof Djoċesan li jiddeċiedi fuq kull każ individwali u mhux il-Konferenzi Episkopali.”