L-Isqfijiet imħassba dwar Isqof Malti f’Benghazi

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex esprimew it-tħassib tagħhom għas-sitwazzjoni li reġgħet inqalgħet f’Benghazi fil-Libja.

F’isem il-poplu Malti, l-Arċisqof Pawlu Cremona, l-Isqof t’Għawdex Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna qalu fi stqarrija li jħossuhom qrib fit-talb u fil-ħsieb, b’mod partikolari ma’ l-Isqof Silvestru Magro li huwa l-Vigarju Apostoliku ta’ Benghazi.

L-isqfijiet esprimew l-apprezzament tagħhom għall-ħidma tal-missjunarji fil-Libja, b’mod speċjali il-patrijiet Franġiskani Minuri Maltin. Fl-istess waqt ħeġġew lill-insara iressqu t-talb tagħhom lill-Alla biex iħares lill-popplu Libjan.

L-Isqof, li ilu għal dawn l-aħħar 25 sena l-Libja, intalab mill-pulizija ta’ Benghazi biex jevakwa bejn it-13 u s-17 ta’ Frar.

Dan għaliex bħalissa f’Benghazi hemm il-biża li tista’ tqum xi rewwixta, hekk kif dalwaqt se jiġi mfakkar it-tieni anniversajru mindu bdew ir-rivoluzzjonijiet kontra Muammar Gaddafi.

F’intervista’ ma’ Newsbook ftit jiem ilu, Mons Magro qal li diffiċli jitlaq dak li tant ħadem għalih. Isma l-intervista sħiħa hawn: