L-Isqfijiet fil-provinċja ta’ Bamenda, fil-Cameroon, diżgustati bil-vjolenza

Il-Ministru tal-Komunikazzjoni tal-Cameroon iddeskriva bħala “Akkużi Infondati”, ir-rapporti dwar massakri ta’ dimostranti fir-reġjuni fit-Tramuntana tal-pajjiż li twettqu fil-bidu ta’ dan ix-xahar, meta kienet proklamata b’mod simboliku l-indipendenza ta’ Ambazonia, mill-moviment li qed jaħdem għal din l-indipendenza.
Fost dawk li kkundannaw din il-vjolenza kien hemm l-Isqfijiet tal-provinċja ekklesjastika ta’ Bamenda li fi stqarrija li ppublikaw fl-4 ta’ dan ix-xahar kkundannaw id-diversi forom ta’ vjolenza u kefrija li twettqu fi bliet u rħula li jaqgħu fit-territorju ekklesjastiku ta’ Bamenda, li wasslu anke għal numru ta’ mwiet.
“L-insara kienu persegwitati anke fi djarhom – uħud minnhom kienu arrestati, oħrajn imsawwta u mmankati, fosthom żgħażagħ u anzjani u oħrajn inatlu minn tiri sparati fuqhom minn helicopters”, qalu l-Isqfijiet. Huma urew il-weġgħa tagħhom għal dawk li sfaw feruti, oħrajn li tilfu l-proprjeta’ li ngħatat in-nar, għal dawk li l-għeżież tagħhom sparixxew jew inħatfu.
Huma qalu li fl-ewwel Ħadd tax-xahar ħafna saċerdoti u lajċi ma tħallewx imorru l-Knisja mill-militar li kien preżenti fit-toroq tal-pajjiż u għalhekk iċċaħħdu mid-dritt kostituzzjonali tagħhom tal-liberta’ reliġjuża. F’akżi oħra, insara li kienu ħerġin mill-quddies kienu milqgħu bil-gass tad-dmugħ.
“Innutajna wkoll, id-dikjarazzjoni tal-mistħija tal-Ministru tal-Komunikazzjoni li faħħar il-professjonaliżmu tal-Forzi Armati filwaqt li injora l-fatt li ħfana mill-brutalita’ u l-barbariħmu mwettqa fuq l-insara kienet minn idejn is-suldati. Jew il-Ministru ma kienx infumat tajjeb jew inkella ried iqarraq bin-nazzjon u bil-komunita’ internazzjonali”, sostnew l-Isqfijiet.
“Il-gideb, jiġi minn fejn jiġi ma jgħinx biex jinena n-nazzjon. Anzi jkisser l-isforzi tal-poplu onest tal-Cameroon li jrid ikun liberu u responsabbli. Illum, fil-Punent tal-pajjiż hemm nuqqas kbir ta’ kredibilita’ bejn il-poplu li jrid l-għaqda u l-amministrazzjoni tal-pajjiż”, qalu l-Isqfijiet.