L-Isqfijiet Ewropej jiffukaw fuq politika ekoloġika u ċ-ċentralità tal-persuna

Is-sessjoni plenarja tal-Isqfijiet Ewropej ma' uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-Knisja għandha ħafna x’tikkonribwixxi fit-tfassil tal-politika ekoloġika tal-Unjoni Ewropea.  Għalhekk il-parteċipanti fl-Assemblea tal-Konferenzi Epsikopali Ewropej li qed tiltaqa’ fi Brussels f’dawn il-jiem, qed jitkellem ma’ uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea biex jgħin fil-proċess tat-tfassil tal-politika Ewropea wara l-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida.

Il-Kardinl Jean-Claude Hollerich, President tal-Konferenza tal-Isqfijiet qal lill-Vatican Radio, li fl-ispirtu tal-Enċiklika Laudato si tal-Papa Franġisku, il-kontribut tal-Isqfijiet dwar politika ekoloġika bażata fuq il-persuna, il-familji u l-komunitajiet, hi apprezzata ħafna fuq livell istituzzjonali u politiku.

Huwa qal li tul it-tliet ijiem tal-lqgħa tagħhom l-Isqfijiet qed jiddjalogaw ma’ rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u qed janalizzaw u jiddisktu l-prijoritajiet tal-Kummissjoni l-ġdida. Hu esprima l-fehma li l-Unjoni Ewropea għandha rwol kruċjali fit-tfassil tal-politika mabjentali internazzjonali.

Il-Kardinal qal li “L-Unjoni Ewropea hi fost dawk il-potenzi jew entitajiet politiċi li tieħu l-kwestjoni tal-amjent bis-serjetà u trid tagħmel xi ħaġa dwarha”. Innota li fid-dikjarazzjoni li għamlet il-President il-ġdida tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, iddedikata ħafna ħin għall-politika ambjentali.

L-UE tfittex il-kontribut tal-Knisja

Il-Kardinal Hollerich svela li hu rċieva ta’ kongratulazzjoni mill-Kummissarju mill-politika Ambjentali, meta f’Ottubru li għadda nħatar Kardinal. Qal li din kienet ittra pożittiva ħafna fejn il-Kummissarju qal li qed jistenna l-kontribut tal-Knisja Kattolika dwar l-ambjent.

“L-Ewropa tfalli u tonqos fuq diversi punti, iżda l-ambjent hu punt li dwaru l-Ewropa tibbrilla”, qal il-Kardinal.

Hu nnota li l-Knisja titkellem dwar diversi problem, bħal fatt li in parti hu tort tal-attitudni konsumerista tal-Ewropa li fl-Amazonia jinħarqu għadd ta’ foresti “għax aħna rridu nixtru l-laħam bl-irħis u affarijiet simili”.

Hemm bżonn isir eżami tal-kuxjenza dwar din l-attitudni konsumerista u naraw fejn sejrin il-flus. Ħafna flus li huma frott ta’ prattiċi immorali qed jispiċċaw fl-Ewropa

Għalhekk, spjega l-Kardinal, aħna għandna kontribut x’nagħtu u rridu ninvolvu ruħna f’miżuri konkreti li l-Unjoni Ewropea tista’ tipproponi għas-snin li ġejjin. Hu enfasizza li l-qalba tal-messaġġ tal-Knisja fuq l-ekoloġija integrali hu l-fatt li l-bniedem hu parti mill-ambjent. “Bħala Kattoliċi aħna ma nħarsux biss lejn il-bniedem bħala individwu fid-dinja”.

Il-Kardinall Hollerich temm jgħid li politia ambjentali tajba trid iżżomm f’moħħha li l-persuna, il-famlji u l-komunitajiet irid jingħata każ tagħhom ferm aktar milli nagħtu każhom bħalissa.