L-Isqfijiet Brażiljani b’żewġ emerġenzi nazzjonali

L-Isqfijiet Brażiljani jiddiskuti ħewġ emerġenzi fil-pajjiż

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet intemmet il-laqgħa tal-Kunsill tal-Isqfijiet dwar il-Kura Pastortal- Epsikopali Brażiljana li fost affarijiet oħra ddiskuta żewġ emerġenzi li qed jiffaċċja l-pajjiż li huma dik tal-vjolenza u n-nuqqas ta’ aċċess għall-edukazzjoni f’setturi tal-popolazzjoni.

L-aġenda tal-Laqgħa kienet tinkludi: analiżi tas-sitwzzjoni ekonomika tal-pajjiż; deċiżjonijiet dwar il-kalendarju tal-laqgħat u diskussjoni dwar il-Kampanja ta’ Fraternità li se tkun organizzata; il-Pjan ta’ Erba’ Snin tal-Knisja fil-Brażil u l-Kummissjonijiet Patorali Episkopali.

Fil-laqgħa tagħhom l-Isqfijiet tal-Brażil approvaw ukoll id-deċiżjonijiet li saru fl-Assemblea Ġenerali u ddiskutew b’urġenza żewġ suġġetti oħra: il-vjolenza fil-pajjiż u għaliex ċerti setturi tal-popolazzjoni huma mċaħħda mis-servizz tal-edukazzjoni pubblika.

Il-vjolenza

Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet FIDES il-mezzi tal-aħbarijiet fil-pajjiż qed ikollhom diversi rapport dwar dawn iż-żewġ temi nazzjonali.

Is-sitwazzjoni tal-vjolenza qed teffettwa direattament il-ħidma pastorali tal-Knisja partikolarment fil-ħabsijiet tal-pajjiż.

Sa nhar il-Ħadd stess fil-paġni ewlenin tal-ġurnali popolari kien hemm l-aħbar tal-mewt ta’ 55 persuna fil-ħabs ta’ Manaus bħala riżultat ta’ ġlied li kien hemm f’dan iċ-ċentru ta’ detenzjoni li bħalissa hemm fih it-tripplu ta’ persuni li suppost ikun hemm. F’dan l-istess ħabs, fl-2017 kienu nqatlu 56 persuna oħra ukoll wara ġlied bejn gruppi li hemm fih.

Nuqqas ta’ aċċess għall-Edukazzjoni

It-tieni emerġenza oħra li għandu l-pajjiż u li qed tinkwieta bis-sħiħ lill-Isqfijiet Brażiljani hu n-nuqqas ta’ aċċess għall-edukazzjoni tal-Istat li qed iħabbtu wiċċhom magħha il-popli indiġeni.

Madwar 18,000 persuna indiġena matul din is-sena se jkollhom jibqgħu d-dar għax ma għandhomx possibbiltà li jmorru fi skejjel pubbliċi.

F’dawn l-aħħar jiem, il-mexxejja tal-popli Wapichana u Macuxi marru fil-kapitali Brasilia għal laqgħa mal-Ministeru tal-Edukazzjoni fejn tkellmu dwar is-sitwazzjoni serja li jinsabu fiha l-popli tagħhom.

Jidher li dawn in-nies m’għandhomx aċċess għall-edukazzjoni pubblika għax il-Ministeru tal-Edukazzjoni qed jgħid li m’għandux flus biex joffrilhom dan is-servizz.