L-Isqfijiet Amerikani wkoll imħassba dwar in-nirien fl-Amażonja

In-nirien fl-Amazonia - sors ta' tħassib għal kulħadd

Il-President tal-Konferenza Episkopali Amerikan il-Kardinal Daniel DiNardo, l-Isqof Frank J. Dewane , Chairman tal-Kumitat għall-Ġustizzja u l-Iżvilupp Uman u l-Arċisqof Timothy P. Broglie, Chairman tal-Kumitat għall-Ġustizzja Internazzjonali u l-Paċi, ħarġu stqarrija konġunta dwar in-nar li qed jaqbad fil-foresta tal-Amażonja.

Huma qalu li l-Ħadd ta’ qabel waqt it-talba tal-Angelus, il-Papa Franġisku wera t-tħassib tiegħu dwar in-nar li qed jiżvilupp fl-Amażonja u appella biex “Nitolbu u kulħadd jimpenja ruħu biex dawn in-nirien ikunu kontrollati malajr kemm jista’ jkun.

L-istaġun tal-kreazjoni

Bħala Isqfijiet tal-Istati Uniti aħna ningħaqdu ma’ dan it-talba ħerqan u nħeġġu lill-insara Amerikani biex jgħinu, permezz tat-talb, f’dawn l-isforzi.  Hekk kif fil-Knisja tagħna se niftħu “l-Istaġun tal-Kreazjoni” li jilħaq il-qofol tiegħu fl-4 ta’ Ottubru, festa ta’ San Franġisk t’Assisi, ejja lkoll nikkunsidraw li nagħmlu atti spiritwali u korporali favur id-dar komuni tagħna u dawk kollha li jgħixu fiha.

Aħna nixtieq nesprimu s-solidarjetà tagħna ma ħutna l-Isqfijiet tal-Amerika Latina, li permezz tal-Kunsill tal-Knejjes tal-Amerika Latina, esprimew ix-xewqa tagħhom li dawn in-nirien jintfew malajr kemm jista’ jkun.  Nilqgħu b’sodisfazzjoi id-deċiżjoni tal-pajjiżi tal-Grupp G7 li jgħinu finanzjarjament fl-isforzi biex ikunu kontrollati dawn in-nirien.

Fil-fatt huma ħafna l-knejjes Kattoliċi madwar id-dinja, mhux biss dawk fl-Amerika Latina u l-Istati Uniti, li bħalissa qed joffru talb speċjali biex ikun kontrollat dan id-diżastru li qed jagħmel ħsara kbir fil-pulmun tad-dinja, liema ħsara jista’ jkollha konsegwenzi serji ħafna mhux biss fuq l-Amażonja u l-pajjiżi fil-qrib imma fuq id-dinja kollha kemm hi.