L-isptarijiet privati fl-Irlanda se jitqiesu bħala sptarijiet pubbliċi

FILE PHOTO: Ireland's Prime Minister Taoiseach Leo Varadkar speaks during a news conference on the ongoing situation with the coronavirus disease (COVID-19) at Government Buildings in Dublin, Ireland March 24, 2020. Steve Humphreys/Pool via REUTERS

L-isptarijiet privati se jitqiesu bħala ċentri pubbliċi matul il-pandemija tal-coronavirus fl-Iralnda, iddikjara t-Taoiseach (il-Prim Ministru) Leo Varadkar.

Euronews irrapporta li l-ftehim bejn l-entitajiet pubbliċi u dawk privati jfisser li 19-il sptar privat se jinkrew biex jintużaw għal servizzi pubbliċi.

Skont rapport ta’ RTE tmien persuni oħra mietu b’kawża tal-Covid-19 fl-Irlanda, u llum instabu 295 każ ġdid oħra. B’hekk l-għadd ta’ mejta fil-pajjiż tela’ għal 54, u s’issa kien hemm 2,910 każijiet ikkonfermati ta’ persuni morda bil-virus.

Fost l-aħħar tmien persuni li tilfu ħajjithom, sitta kienu fil-lvant tal-pajjiż, wieħed kien min-naħa t’isfel u wieħed kien fil-punent. Ħamsa mill-pazjenti kienu nisa, filwaqt li tlieta kienu rġiel, u sitta mill-vittmi kellhom kundizzjonijiet mediċi pre-eżistenti.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn