L-isptar wara li tilfet il-kontroll tal-mutur

Mara kienet involuta f’inċident b’mutur f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ ilbieraħ fi Triq Dawret San Pawl għall-ħabta tal-9.45am.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-mara ta' 53 sena, residenti l-Gżira, kienet qed issuq mutur fid-direzzjoni lejn ix-Xemxija meta tilfet il-kontroll.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajla l-isptar għall-kura.
Il-mara qed issofri ġrieħi gravi.
Ritratt: Arkivji