L-isptar wara li tilef il-kontroll tal-karozza f’San Ġwann

Raġel ittieħed l-isptar wara li ndarab ħafif kawża ta’ inċident f’San Ġwann.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel ta’ 35 sena minn Birkirkara kien qed isuq il-karozza tiegħu fi Triq in-Naxxar meta għal xi raġuni tilef il-kontroll. L-inċident seħħ fis-1.20pm.

Fuq il-post issejħet ambulanza kif ukoll il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.