Aġġornata: L-isptar wara li sfrondat l-art bih f’Birkirkara

Raġel spiċċa ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li sfrondat l-art bih f’Birkirkara. Hu weġġa’ gravi.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ illum wara nofsinhar fi Triq Għar il-Ġobon.

Ir-raġel ta’ 48 sena minn Marsaskala kien qiegħed f’residenza f’Birkirkara. Hu tela’ fuq is-sular ta’ fuq u kien hemm li ċediet l-art bih. Hu ttieħed l-isptar b’ambulanza.