Aġġornata: Gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Santa Venera

Mara ta’ 80 sena minn Santa Venera weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Santa Venera.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq il-Ferrovija għall-ħabta tal-5.30 pm.

Il-karozza li laqtet lill-mara kienet misjuqa minn raġel ta’ 51 sena minn Birkirkara.