L-isptar wara li nqalbet bil-karozza fl-Imsida

Aġġornat 07:23 PM
Ian Noel Pace

Mara weġgħet gravi u ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li nqalbet bil-karozza tagħha fl-Imsida.

Kelliem għall-Pulizija spjega ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ qrib ir-roundabout ta’ quddiem l-Università ta’ Malta fid-direzzjoni lejn Birkirkara. L-inċident seħħ fis-2.20pm.

Il-mara ta’ 59 sena residenti l-Ħamrun inħarġet mill-karozza tagħha mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili. Hi ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post. Hi mbagħad ittieħdet l-Isptar Mater Dei fejn irriżulta li ġarrbet ġrieħi gravi.

It-triq issa reġgħet infetħet għat-traffiku.