Aġġornata: Gravi wara li ħabat f’ċint f’San Ġiljan

Raġel li ħabat f’ċint bil-karozza f’San Ġiljan weġġa’ gravi.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fl-4.40am fi Triq il-Baltiku. Il-karozza kienet qed tinstaq minn Taljan ta’ 24 sena. Miegħu ma kellux passiġġieri.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.