L-isptar wara li ħabat f’barrikata fi Triq l-Imrieħel

Anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li ħabat f’barrikata fi Triq l-Imrieħel.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fl-3.40pm. Jidher li l-anzjan ta’ 65 sena minn Ħ’Attard, kien qed isuq il-karozza tiegħu meta għal xi raġuni baqa’ dieħel f’barrikata. Bħalissa fit-triq hemm għaddej xogħol ta’ renovar tat-triq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jagħti l-għajnuna. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u l-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa. B’hekk l-aċċess tat-triq huwa limitat għall-pubbliku.