L-isptar wara li ħabat bil-mutur fil-Mosta

Sewwieq ta' mutur ta' 20 sena minn San Pawl il-Baħar ġarrab xi ġrieħi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku ma’ karozza fil-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ wara nofsinhar fir-roundabout ta’ Tarġa Gap.
Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 61 sena mill-Mellieħa.
Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza biex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa iżda mhux fil-periklu tal-mewt.