Aġġornata: Isofri minn ġrieħi ħfief wara li jaħbat bil-mutur fir-Rabat Għawdex

Raġel ta' 46 sena residenti Ta' Kerċem ġarrab ġrieħi ħfief wara li kien involut f'inċident tat-traffiku bil-mutur tiegħu.
L-inċident seħħ fi Triq Fortunato Mizzi viċin il-parkeġġ tal-Arkadia għall-ħabta tat-8:30 ta' dalgħodu.
Jidher li għal xi raġuni s-sewwieq tal-mutur ħabat ma' vettura oħra misjuqa minn raġel ta' 27 sena residenti l-Fontana.
Mal-ħabta, l-mutur għeleb u ġarrab diversi ħsarat.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t'Għawdex.