L-isptar wara ħabta fil-Manikata

Read in English.

Raġel ta’ 26 sena residenti Ħad-Dingli ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta bejn żewġ karozzi. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

L-Inċident seħħ għal ħabta tal-4.30pm fi Triq il-Mellieħa l-Manikata.

Ir-raġel li kien qed isuq il-karozza l-oħra għandu 32 sena u huwa residenti l-Imġarr. Huwa ma sofra l-ebda ġrieħi.

Keliem għall-Pulizija kkonferma dan l-inċident.