Jeħlisha ħafif wara ħabta f’Ħ’Attard

Aġġornat 07:47 AM

Żagħżugħ ta’ 23 sena mix-Xagħra ħelisha ħafif wara li kien involut f’ħabta bejn mutur u karozza f’Ħ’Attard.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-4.30pm fi Triq iż-Żagħfran. Iż-żagħżugħ kien qed isuq il-mutur.

Il-karozza kienet misjuqa minn raġel li joqgħod il-Marsa li għandu 46 sena.