L-Isptar St Philips jista’ joffri sa 300 sodda lill-Gvern – It-tabib Portelli

Read in English.

It-tabib Frank Portelli qal li l-sptar St Philips lest li joffri post għal 300 sodda oħra lill-Gvern Malti sabiex jgħin lill-poplu Malti f’dan iż-żmien diffiċli.

Permezz ta’ Facebook, it-tabib Portelli qal li fi żmien ta’ kriżi nazzjonali, l-isptar lest li joffri l-binja tiegħu f’Santa Venera lill-poplu Malti fuq bażi “non-profit”, jiġifieri li ma jkollux qliegħ mix-xogħol li jagħmel. Portelli, li fl-2017 kien wieħed mill-kandidati għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-ftehim ta’ kiri tal-isptar ikun ibbażat fuq il-framework tal-kirja li kien hemm fis-seħħ qabel.

It-tabib kompla jgħid li l-isptar jista’ jsirlu ristrutturar skont il-bżonn tal-Gvern bl-ispiża tkun biss dik li tkopri l-ispejjeż li jista’ jidħol fihom l-isptar. Qal li r-ristrutturar li hemm bżonn li jsir jista’ jitlesta fi żmien tmien ġimgħat u b’hekk l-isptar ikun jista’ jospità 120 pazjent bil-coronavirus. Intant, it-tabib qal ukoll li tista’ ssir estenzjoni tal-faċilitajiet tal-isptar sabiex dan jiġi jakkomoda massimu ta’ 300 sodda. Qal li dan ix-xogħol ikun jista’ jsir fit-tmien ġimgħat ta’ wara.

It-tabib sostna li qed jagħmlu dan għax dejjem emmnu li l-pazjenti dejjem jiġu qabel il-politika u dan huwa l-unika mod kif jistgħu jgħinu.

23 March 2020St Philip's Hospital I refer to recent statements on St Philips Hospital in the current crisis caused…

Posted by Frank Portelli on Tuesday, 24 March 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn