L-isptar b’appell għal demm O negative

L-Isptar Mater Dei għamel appell ilbieraħ biex min għandu demm tat-tip O negative jmur jagħti d-demm.

Fuq Facebook ġie spjegat li ntuża ammont sostanzjali ta’ dan it-tip ta’ demm fuq pazjent, li wassal biex ir-riserva tkun baxxa ħafna.

Għalhekk min għandu demm O negative hu mħeġġeġ jgħin billi jagħti d-demm.