
L-isport kollu fl-Italja ġie sospiż sat-3 ta’ April minħabba l-coronavirus. Dan ħabbru l-prim ministru Taljan Giuseppe Conte.
Dan jinkludi wkoll il-logħob tas-Serie A, iżda mhux se jitwaqqfu t-timijiet li jilgħabu fil-kompetizzjonijiet internazzjonali. Ftit tal-jiem ilu kien ġie deċiż li l-logħob tas-Serie A kellhom jintlagħbu wara bibien magħluqa sat-3 ta’ April.
Conte estenda numru ta’ miżuri kontra t-tixrid tal-coronavirus, fosthom, ħadd mhu se jitħalla jiltaqa’ fi gruppi kbar.
L-Italja hija l-aktar pajjiż li ntlaqat b’mod ħażin mill-coronavirus fl-Ewropa s’issa. S’issa kienu kkonfermati aktar minn 9,000 każ u kien hemm madwar 450 każ ta’ mewt.