L-isplużjoni fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm taħt il-lenti

splużjoni ċirkolazzjoni demm lenti

Il-British Heart Foundation żvelat ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni fotografika annwali “Riflessjoni fuq ir-Riċerka”.

Ir-ritratt rebbieħ bit-tema “Bidu Splussiv” joffri ritratt dettaljat tal-mument li ċ-ċelloli fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-vini jibdew jinfirxu u jikbru – proċess li jżid vini ġodda mas-sistema eżistenti.

Dawn iċ-ċelloli imsejħa “endothelial cells” jiffurmaw barriera bejn id-demm li jkun jiċċirkola u l-ħajt tal-vina. Jipproteġu wkoll il-vina mill-ħsara u joħorġu messaġġiera importanti li jgħinu biex jikkontrollaw il-pressjoni tad-demm.

Ir-riċerkatriċi rebbieħa, Courtney Williams, hija studenta tal-Masters u kandidat tal-PhD fl-Università ta’ Leeds. It-tim tagħha qed jiżviluppa metodi ġodda kif isegwi l-iżvilupp ta’ vini ġodda fl-ambjent ta’ madwarhom.

Huma qed jippruvaw jifhmu s-sigrieti kumplessi tal-formazzjoni ta’ vini ġodda u dan jista’ jgħin fit-tkabbir ta’ vini ġodda wara li persuna ssofri minn attakk tal-qalb.

Il-ġurija tal-kompetizzjoni spjegat kif ir-ritratti tax-xjenza fl-azzjoni jiftħu tieqa fuq ir-riċerka kbira u sofistikata li għandha twassal għal skoperti kbar fil-mediċina.