L-Ispiżjara f’kunflitti serji jekk ma tiġix emendata l-liġi tal-ugwaljanza

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Kamra tal-Ispiżjara qalet li l-ispiżjara se jiġu f’kunflitti serji jekk il-Gvern ma jemendax il-liġi proposta tal-ugwaljanza. Fis-sottomissjoni tagħha lill-Ministeru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis, il-Kamra tal-Ispiżjara appellat biex tiddaħħal il-klawsola li tippermetti lill-ispiżjara biex jaġixxu skont il-kuxjenza.

Dan l-Att dwar l-Ugwaljanza jinsab fi stadju avvanzat fil-Parlament hekk kif jinsab għand il-Kumitat aġġunt għall-kunsiderazzjoni tal-liġijiet.

Din il-liġi proposta tal-ugwaljanza jaf joħnoq id-dritt ukoll għal-libertà reliġjuża nkluż fl-iskejjel tal-Knisja.

X’qalet il-Knisja dwar il-liġi proposta tal-ugwaljanza?
L-iskejjel tal-Knisja bi tħassib serju dwar il-liġi proposta tal-ugwaljanza

Fl-Omelija riċenti tiegħu, l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma qal li mhux biżżejjed li jkun hemm istruzzjoni fl-iskejjel iżda hemm bżonn ta’ formazzjoni awtentika lill-istudenti.

Is-sottomissjoni sħiħa tal-Kamra tal-Ispiżjara tinsab hawn: