L-ispiżeriji jiftħu tard minħabba azzjoni industrijali

Il-Unjin Ħaddiema Magħqudin (UĦM) Voice of the Workers qed tordna numru ta’ azzjonijiet industrijali għall-ispiżjara tal-Gvern, fosthom li jiftħu l-ispiżeriji tal-Gvern siegħa tard.
Fi stqarrija, il-unjin qalet li din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-Gvern injora d-diversi talbiet tagħha biex isiru laqgħat dwar it-tiġdid tal-Ftehim Kollettiv.
Spjegat li għarfet il-bżonn ta’ din il-laqgħa wara li l-Gvern offra xogħlijiet lil persuni li ma kinux kwalifikati, minflok isegwi l-proċedura stabbilita li tirrikjedi li persuni eliġibbli għal xogħol jew promozzjoni jissejħu għal intervista.
Għalhekk, il-UĦM qed titlob ukoll lill-ispiżjara biex ma jipproċessawx applikazzjonijiet għall-kartuna s-safra u ma jwieġbux telefonati fl-ispiżeriji tal-Gvern.
Il-unjin stqarret li ma teskludix ukoll li żżid l-azzjonijiet industrijali minn nhar it-Tnejn li ġej.