L-Istrateġija ta’ integrazzjoni f’Malta quddiem spikers mid-dinja kollha

L-Ispiker tal-Kamra, Anġlu Farrugia, tkellem dwar il-pjan Malti għal strateġija ta’ integrazzjoni tal-immigranti f’Assemblea Ġenerali tal-Unjin Inter-Parlamentari (IPU) fir-Russja.
It-tema għal dil-137 assemblea ġenerali li nżammet f’San Pitruburgu, u li fiha jiltaqgħu l-ispikers mill-parlamenti tad-dinja, kienet “Nippromwovu l-Pluraliżmu Kulturali bis-saħħa ta’ Djalogu bejn it-Twemmin u l-Etnitajiet differenti”.
Fid-diskors tiegħu, Farrugia ffoka fuq il-ħtieġa li jkun hemm qafas leġiżlattiv li jmexxi ’l quddiem it-tolleranza reliġjuża u l-eżistenza paċifika f’soċjetà bi twemmin differenti.
Appella wkoll lill-mexxejja tad-dinja sabiex jiġġieldu l-mibegħda aħwija u d-diskriminazzjoni.
Id-delegazzjoni Maltija kienet tinkludi wkoll lill-Membri Parlamentari Alex Musca għall-Gvern u Mario Mallia għall-Oppożizzjoni.
Ritratt: Omar Camilleri