“L-ispezzjonijiet mhux se jsiru jekk ma jagħtuniex linji gwida” – pulizija

CMRU

L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija f’Malta (MPA) qalet li filwaqt li lbieraħ il-Prim Ministru ħabbar li l-pulizija se jkunu qed jiċċekkjaw jekk in-nies humiex isegwu r-regoli ta’ kwarantina, huma ma ngħataw l-ebda struzzjonijiet ta’ x’miżuri għandhom jieħdu biex jipproteġu lilhom infushom.

Dan qalitu fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha.

Qalet li jekk mhux se jingħataw dawn il-linji gwida sal-11am t’għada, se toħroġ direttiva lill-ħaddiema biex l-ispezzjonijiet ma jsirux.

Stqarrija ghal IstampaWara li l-bierah il-Prim Ministru ta’ Malta Dr. Robert Abela LL.d MP iddikjara li issa hemm…

Posted by Malta Police Association on Thursday, March 12, 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn