L-ispettaklu tas-Sibt filgħaxija jirritorna mil-lejla

Ryan, Josmar u Philip Vella fost il-mistednin waqt The Entertainers

The Entertainers
Ritratt: KitzKlikz.com

Il-personalitajiet televiżivi Ryan u Josmar, il-kantawtur Philip Vella, il-balancing artist Alfred Mifsud flimkien mal-kantanti Kurt Anthony u Rachel Lowell se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fl-ewwel programm ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li tirritorna għas-sitt staġun fuq Net Television mil-lejla fit-8.30pm.

Minbarra l-mużika live u d-divertiment garantit, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, attrazzjoni ġdia minn dan l-istaġun se jkunu d-diversi sfidi u logħbiet bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq it-telespettatri, partikolarment fir-rokna ‘Mhux Ovvja li Jien!’

Bi preżentazzjoni tal-kantant u xowman popolari Janvil, The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili u bil-parteċipazzjoni ta’ diversi mudelli.