L-ispejjeż tal-fabbriki jonqsu fl-2015

Matul is-sena li għaddiet l-ispejjeż għall-fabbriki f’Malta naqsu bi 3.38% meta mqabbla mas-sena ta’ qabel.
Skont l-NSO, l-ikbar kontribut kien ir-roħs fil-prezzijiet tal-enerġija, li naqsu b’14%, u r-roħs fuq oġġetti intermedjarji waqt li żdied il-prezz ta’ oġġetti kapitali u dawk għall-konsumatur.
F’Diċembru biss, l-ispejjeż għall-fabbriki żdiedu b’0.66% meta mqabbla ma’ Novembru hekk kif żdiedu l-prezzijiet tal-oġġetti tal-konsumatur u intermedjarji waqt li l-prezzijiet tal-enerġija baqgħu l-istess.