​L-Ispeaker tal-Kamra jgħid li l-Parlament Malti jrid jibqa’ rilevanti

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Dr Anġlu Farrugia saħaq dwar il-bżonn li l-parlamenti ta’ diversi pajjiżi jaħdmu flimkien.
Qal li dan huwa importanti biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-parlamenti kif ukoll mal-Parlament Ewropew.
Stqarr li l-Parlamenti iridu jaħdmu iktar flimkien biex jindirizzaw id-deficit demokratiku u biex jibqgħu rilevanti għaċ-ċittadini.
Ritratt: DOI – Omar Camilleri