L-Ispeaker ta’ New Zealand jisqi t-tarbija ta’ wieħed mill-MPs

Mhux normali li fil-Parlament naraw it-trabi iżda llum fil-Parlament ta’ New Zealand l-Ispeaker Trevor Mallard deher jisqi t-tifel ta’ wieħed mill-Membri Parlamentari tal-Partit Laburista Tūtānekai Smith-Coffey. Mallard deher li kellu l-esperjenza mat-trabi għax huwa missier ta’ tlitt itfal.

Smith-Coffey ħabbar it-twelid tat-tarbija f’Lulju li għadda. It-tarbija twieldet minn omm li ġarret it-tarbija fil-ġuf u l-missier bijoloġiku huwa s-sieħeb ta’ Tūtānekai Smith-Coffey, Tim Smith.

Fi Tweet Trevor Mallard qal li s-soltu ikun waħdu jippresjedi l-kamra madankollu llum kellu mistieden speċjali. Huwa awgura lill-koppja għat-twelid tat-tarbija tagħhom.