L-Ispeaker se jinvestiga dokument “nieqes” tal-kuntratt mal-MIDI

L-għaqda “Friends of Manoel Island” qalet li ġiet imwiegħda mill-Ispeaker tal-Kamra li se jiġi investigat dokument "nieqes" b’rabta mal-kuntratt tal-Gvern mal-konsorzju MIDI.
Skont il-minuti tal-Kumitat tal-Verifika ta’ Novembru tal-1999, l-għaqda qalet li dan id-dokument li issa huwa rappurtat bħala nieqes, kien tressaq quddiem il-Parlament
Kompliet tgħid li fil-minuti tas-6 ta’ Novembru tal-1999, issir referenza għal dan id-dokument li juri d-dati ta’ meta kellhom jitlestew ix-xogħlijiet f’Tigne Point u f’Manoel Island.
Fil-minuti jissemma wkoll li x-xogħlijiet kellhom jitlestew sal-bidu tal-2010.
Id-dokumenti jistipulaw penali kbar f’każijiet fejn dawn iż-żminijiet ma jiġux rispettati.