L-Ispeaker Malti jikteb lill-Parlament u lis-Senat Franċiżi

L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, kiteb lill-Presidenti tal-Parlament Franċiż u tas-Senat Franċiż, biex iwassal in-niket tiegħu għall-attakki tal-Ġimgħa filgħaxija f’Pariġi.
F’isem il-Membri Parlamentari Maltin, il-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti Maltija wassal il-kondoljanzi lill-ogħla istituzzjonijiet demokratiċi Franċiżi, u lill-qraba tal-vittmi.
Fl-istess ħin, esprima solidarjetà mal-midruba u awguralhom fejqan ta’ malajr.