L-Ispeaker ma jistax jagħti rimedju għal inċidenti li jseħħu quddiem il-Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li hu m’għandux poter jagħti rimedju għal inċidenti li jsiru quddiem il-Parlament għax dan ma jkunx sar fil-bini tal-Parlament.
Fil-Parlament l-Ispeaker kien mitlub jagħti ruling mill-Whip tal-Oppożizzjoni David Agius fi tweġiba għal allegazzjonijiet li hu mbutta ġurnalista tal-ONE.
Saħaq li jekk David Agius iħoss li saritlu ħsara bl-allegazzjonijiet li saru fuqu, hu jista’ jagħmel użu minn rimedji legali, fosthom jiftaħ libell.
Anġlu Farrugia għamel ukoll referenza għal numru ta’ każi li kien hemm qabel fejn kienet ġiet deċiża l-istess ħaġa.