L-Ispeaker ma jaqbilx ma’ Busuttil; L-ebda passi kontra Fearne

Fearne Speaker Busuttil

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ma qabilx mad-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil u għaldaqstant ma ħax passi kontra Fearne.
F’ruling waqt is-seduta tal-Parlament illejla, l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li d-deputat Prim Ministru Chris Fearne ma kissirx id-drittijiet ta’ Simon Busuttil meta għadda kumment politiku f’artiklu ppublikat fuq il-portal tal-gazzetta The Malta Independent. 
Busuttil ilbieraħ talab lill-Ispeaker għall-protezzjoni meta qal li l-Ministru Chris Fearne ma kienx qed jikkwotah b’mod ġust dwar il-pożizzjoni tiegħu fuq l-emendi li qed isiru dwar il-protezzjoni tal-embrijuni.
Min-naħa tiegħu, l-Ispeaker qal li il-Ministru tas-Saħħa ma kienx qiegħed jikkwota mid-diskors ta’ Busuttil fil-Parlament iżda kien qed jagħmel kumment politiku u allura s-sedja ma tħossx li għandha tieħu passi ulterjuri.