L-Ispeaker jordna lil One jikkoreġu l-iżball dwar Busuttil

L-Ispeaker Anġlu Farrugia laqa’ lment mid-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil dwar rappurtaġġ parlamentari minn One News.
Fir-ruling tiegħu, l-Ispeaker talab lil One News biex jippubblika rapport li fih jgħid li Simon Busuttil huwa favur l-IVF iżda kontra l-kiri tal-ġuf u l-iffriżar tal-embrijuni.
Busuttil qal li kien qed għamel dan l-ilment biex iżomm mal-parir li tat il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca biex is-suġġett dwar l-emendi għall-protezzjoni tal-embrijuni jiġi trattat b’mod imparzjali u serjetà.