L-Ispeaker jinsisti li d-dikjarazzjoni tal-assi tal-konjugi hi obbligatorja

Read in English.

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia xejjen rapport li deher ilbieraħ f’ġurnal lokali fejn intqal li r-regolamenti għad-dikjarazzjoni tal-assi tal-membri parlamentari nbidlu wara li tela’ fil-Gvern il-Partit Laburista.

Ir-rapport kien jgħid li d-dikjarazzjoni tal-assi m’għadhiex tinkludi l-obbligu li jiġu ddikjarati l-assi tas-sieħba tal-membri parlamentari.

Farrugia qal li peress li hu kien elett Speaker fl-2013, jiddikjara li l-kodiċi ta’ etika baqgħu l-istess hekk kif kienu fl-1994. Huwa fakkar li skont Kapitlu 113 tal-

Liġijiet ta’ Malta, b’mod partikolari paragrafu 5 tal-Iskeda, jgħid li d-dikjarazzjoni trid tinkludi l-proprjetà immobbli tiegħu, dik tal-konjugi jekk ikun hemm il-komunjoni tal-akkwisti, dik tal-ulied ta’ taħt l-età, kif ukoll, jekk ikun jixtieq, il-mod kif din tkun inkisbet u kif tkun qegħda tiġi użata.