L-Ispeaker jingħata l-premju tal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ingħata l-unur tal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran għall-2015.
L-Ispeaker ġie infurmat permezz ta’ ittra mis-Segretarju Ġenerali tal-PAM li ngħata l-unur għall-impenn tiegħu fir-reġjun tal-Mediterran biex jimpromwovi l-indipendenza u d-diplomazija Parlamentari u t-tisħiħ tar-relazzjoni bejn is-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini.
Id-deċiżjoni li Anġlu Farrugia jingħata dan l-unur sabet l-appoġġ unanimu tal-Bureau u l-Kumitat tal-PAM.
Iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni tal-premju se ssir f’Tirana fl-Albanija fl-okkażjoni tal-10 sessjoni plenarja tal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran li ssir fil-Parlament Nazzjonali tal-Albanija.