L-Ispeaker jindirizza laqgħa għall-liason officers ġodda fil-Ministeri

L-Ispeaker Anġlu Farrugia indirizza l-parteċipanti f’laqgħa organizzata mill-Uffiċċju tal-Ombudsman għal-liaison officers mill-Ministeri li jservu ta’ punt ta’ kuntatt mal-istess Uffiċċju.
L-Ispeaker qal li l-Ombudsman huwa essenzjali fil-promozzjoni ta’ amministrazzjoni pubblika tajba.
Semma kif il-pass li jitwaqqaf l-Uffiċċju tal-Ombudsman kien wieħed sinjifikanti ħafna, li ta għodda ġdida liċ-ċittadini li jirrikorru għand uffiċjal tal-Parlament indipendenti.
Anġlu Farrugia irrefera kif l-Ombudsman ġiet stabbilit fil-Kostituzzjoni u li bl-emendi fil-liġi hemm integrati Kummissarji speċjalizzati f’setturi bħas-saħħa, l-edukazzjoni u l-ambjent u l-ippjanar.
L-Ispeaker irrimarka li dan il-pass kompla saħħaħ din l-istituzzjoni biex tkun tista’ tiffoka b’mod speċjalizzat f’setturi importanti.

Ritratt: DOI – Cloudagh Farrugia O'Neill