L-Ispeaker jindirizza l-ġurnalisti u eks-Membri Parlamentari

Meta kien qed jindirizza l-eks-Membri Parlamentari u l-ġurnalisti, l-Ispeaker Anġlu Farrugia enfasizza li d-demokrazija tibqa’ ħajja kemm il-darba l-ġurnalisti jibqgħu jirrappurtaw b’serenità u b’onestà dak li jiġri f’kull ħin, partikolarment fil-Kamra tad-Deputati.
Anġlu Farrugia qal li r-rwol tal-ġurnalist huwa importanti speċjalment meta jiġi rrappurtat ix-xogħol tal-Kamra.
Huwa tenna li hemm bżonn li l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin flimkien mal-Parlament Malti jiddiskutu l-etikà ġurnalistika u dik tal-politiċi sabiex l-informazzjoni tiġi rrappurtata tkun waħda korretta.

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo