L-Ispeaker jilqa’ lill-Prof. Edward de Bono fil-Parlament

Il-Prof. Edward de Bono żar il-bini tal-Parlament fejn iltaqa’ mal-Ispeaker Anġlu Farrugia u ppreżentalu kopja tal-ktieb ġdid tiegħu “Thinking to Create Value – Bonting”.
Anġlu Farrugia esprima ruħu onorat li għat-tieni darba kien qed jilqa’ fil-Parlament lill-Prof. de Bono u semma meta de Bono kien ħa sehem fl-unika Plenarja dar il-futur tas-setturi kulturali u kreattivi li kienet saret f’Settembru.
Dakinhar, f’seduta speċjali fil-Parlament, kienu ħadu sehem 27 kelliem minn oqsma differenti fil-qasam kulturali.
Anġlu Farrugia ppreżenta kopja tal-ktieb “Il-Futur tas-Setturi Kulturali u Kreattivi” lill-Prof. de Bono, li fih ġabra tad-diskorsi li kienu ngħadu f’dik is-seduta speċjali. 
Ritratt: DOI – Charles Zammit