L-Ispeaker jilqa’ lill-MEP Cyrus Engerer

SPK

Il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Enegerer għamel żjara ta’ kortesija lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia.

Cyrus Engerer ġie elett wara l-elezzjoni każwali li saret għas-siġġu ta’ Miriam Dalli li irreżenjat mill-Parlament Ewropew sabiex ġiet eletta membru tal-Parlament Malti.

B’kollox il-Kummissjoni Elettorali rċeviet seba’ nominazzjonijiet għal din l-elezzjoni li saret fl-5 ta’ Novembru li għadda.

Engerer ġie elett Membru Parlamentari Ewropew bi 32,918-il vot.