L-Ispeaker jagħti d-demm; jappella biex entitajiet jagħmlu l-istess

L-Ispeaker Anġlu Farrugia u diversi ħaddiema fil-Parlament marru jagħtu d-demm. Huwa appella biex aktar dipartimenti, aġenziji u organizzazzjonijiet imorru jagħtu d-demm biex jgħinu lil dawk il-persuni li għandhom bżonn id-demm minn trabi sa anzjani.

Huwa qal li dan huwa rigal li jiżboq lil kull rigal ieħor u ħeġġeġ biex aktar entitajiet jagħmlu l-istess. L-Ispeaker irringrazzja lill-ħaddiema li jaħdmu fis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-demm għax-xogħol siewi li jagħmlu  kif ukoll għall-inizjattivi li jieħdu biex iqajmu aktar għarfien dwar il-bżonn tal-għoti tad-demm.