L-Ispeaker jagħlaq l-Istrangers’ Gallery minħabba l-protesta

Sarah Cassar Dymond

Read in English.

L-ispeaker Anġlu Farrugia ħabbar li l-Istrangers Gallery kienet se tibqa’ magħluqa kull meta jkun hemm dimostrazzjoni fil-Belt Valletta.

L-Oppożizzjoni oġġezzjonat għal din id-deċiżjoni bil-Whip Nazzjonalista Robert Cutajar jgħid li l-ispeaker qed iċaħħad lill-poplu milli jattendi s-seduti tal-parlament peress li ma kienx hemm bżonn dawn il-miżuri drastiċi.

L-Ispeaker qal li kull meta kien hemm dimostrazzjonijiet fil-belt, dejjem inqala’ l-inkwiet u kien qed jieħu din id-deċiżjoni għall-protezzjoni tal-istess membri parlamentari. “Aktar u aktar għall-fatt li hawn barra bnew palk fejn se jagħmlu d-diskorsi tagħhom,” qal l-Ispeaker.

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li din kienet deċizjoni illegali, anti-demokratika u qed iċaħħad liċ-ċittadini mid-drittijiet tagħhom.

L-Ispeaker Farrugia qal li d-deċiżjoni kienet skont l-istanding orders u regolamenti tal-Parlament. “Hu d-dover tiegħi li nevita sitwazzjoni ta’ kaos fil-Parlament. Bħalissa qed immexxi jien, meta tkun hawn int ara kif se tmexxi int,” irrisponda l-Ispeaker.