L-Ispeaker ippreżentat bil-fjamma tal-paċi

L-Ispeaker Anġlu Farrugia laqa’ ġewwa l-Parlament lill-Baden Powell Scouts, li ppreżentawlu il-fjamma tal-paċi.
F’kelmtejn tal-okkażjoni l-Ispeaker tenna kif f’anqas minn ġimagħtejn,  il-Parlament laqa’ fi ħdanu żewġ attivitajiet għall-paċi.
Qal li dan huwa messaġġ ċar kemm il-Parlament jinsab miftuħ għal kulħadd.
Mistiedna għal din l-attività kien hemm ukoll il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Godfrey Farrugia u l-Assistent Whip tal-Partit Nazzjonalista Frederick Azzopardi.

Ritratt: DOI – Pierre Sammut