L-Ispeaker ippreżentat b’pittura dwar ix-xewqat tal-ħaddiema

Il-pensjonijiet, is-sostenibbiltà fit-trasport, il-qasam tal-kura tas-saħħa, l-ambjent u s-sistema edukattiva kienu t-temi diskussi f’laqgħa bejn l-Unjin Ħaddiema Magħqudin u l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.
Matul iż-żjara ta’ kortesija, membri tal-amministrazzjoni tal-UĦM immexxija mis-Segretarju Ġenerali Josef Vella, ippreżentaw lill-Ispeaker b’replika tal-pittura li kienet saret fil-25 ta’ Marzu 2015, quddiem il-binja tal-Parlament il-ġdid.
Din il-pittura tirrappreżenta x-xewqat tal-ħaddiem u tal-poplu Malti inġenerali, dwar dak li jixtiequ li jiġi diskuss fil-Parlament.
Ritratti: DOI – Reuben Piscopo