​L-Ispeaker diġà tkellem ma’ kumpanija lokali għax-xandir tal-Parlament fuq it-TV

L-Uffiċċju tal-Ispeaker diġà għamel taħdidiet ma’ kumpanija lokali biex fil-qrib jitwaqqaf stazzjon televiżiv għax-xandir tal-Parlament.
Dan, suġġett għall-approvazzjoni tal-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal dan fl-għoti ta’ deċiżjoni minnu wara talba għal ruling mill-Viċi Kap tal-PN Mario de Marco l-ġimgħa li għaddiet.
L-Ispeaker qal li t-talba tressqet minn Media.Link Communications Ltd li xtaqet ixxandar partijiet mis-seduta.
Anġlu Farrugia esprima t-tama tiegħu li s-seduti Parlamentari jistgħu jixxandru fuq it-televiżjoni malajr kemm jista’ jkun, filwaqt li rrepeta dak li qal il-ġimgħa li għaddiet, li fin-nuqqas ta’ qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra, it-talba tad-deputat Nazzjonalista ma tistax tintlaqa’.